Il-Professur Antoinette Camilleri Grima studjat il-Lingwistika Applikata fl-Università ta’ Edinburgh u tgħallem il-pedagoġija tal-Malti u tal-Malti bħala Lingwa Barranija fl-Università ta’ Malta. Hija ħadmet bħala esperta tal-Lingwi Moderni għal ħafna snin mal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasburgu u fi Graz, l-Awstrija, kif ukoll bħala Amministratur Lingwistiku mal-Kunsill tal-Ministri fi Brussell. Għandha ħafna xogħlijiet ippubblikati bħala kotba, kapitli f’kotba u artikli f’journals akkademiċi internazzjonali dwar il-bilingwiżmu fl-edukazzjoni, l-edukazzjoni interkulturali, l-awtonomija tal-istudent, il-pedagoġija tal-Malti u tal-Malti bħala Lingwa Barranija u aspetti soċjolingwistiċi fl-edukazzjoni.