Raisa Abela ilha għalliema tal-Malti għal dawn l-aħħar għaxar snin. Hija għallmet kemm fi skejjel statali kif ukoll dawk tal-Knisja u riċentament bdiet taħdem bħala lettur fil-Junior College. Tgħallem ukoll il-Malti bħala lingwa barranija lill-adulti. Hija gradwat fil-Baċċellerat bl-Unuri fil-Malti u sena wara gradwat fl-Edukazzjoni u lestiet ukoll il-kors li jispeċjalizza fit-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija fl-Università ta’ Malta. Fl-2021 gradwat bħala mentor sabiex toffri għajnuna lill-istudenti-għalliema li jkunu qed jagħmlu l-kors tal-MTL fl-Università. Raisa hija wkoll l-awtriċi ta’ numru ta’ kotba ippubblikati bl-għan li jiffaċilitaw il-proċess ta’ tagħlim lill-istudenti kif ukoll lill-għalliema tal-Malti.