-
Malti.P L-10 Tarġa 6B
0Malti.P hija serje ta’ kotba tat-taħriġ, maħsuba biex jikkumplimentaw materjal u kotba oħra li jintużaw mill-għalliema u mill-istudenti fil-lingwa Maltija għal-livell Primarju. Din is-serje ta’ kotba għandha wkoll isservi bħala għodda tajba għall-ġenituri li jiggwidaw lil uliedhom mill-bidu (reception) sal-eżami finali tal-livell Primarju.
-
Malti.P L-1 Tarġa B (It-tieni edizzjoni)
0Malti.P 1B huwa għodda utli għat-tagħlim b’mod divertenti u kreattiv. F’din it-tieni edizzjoni, il-materjal ġie rivedut u aġġornat skont is-sillabu l-ġdid tal-Malti. L-eżerċizzji f’dan il-ktieb jgħinu lit-tfal ikomplu jħaddmu l-erba’ ħiliet fil-lingwa Maltija jiġifieri l-qari, il-kitba, it-taħdit u s-smigħ. L-attivitajiet jimxu id f’id mal-programm tal-metalingwa għall-ewwel u t-tieni sena tal-primarja u mal-kisbiet fl-erba’ ħiliet.
-
Malti.K 3
0Dan huwa ktieb mis-sensiela Malti.K li jwassal it-tagħlim tal-kitba bil-Malti lit-tfal b’mod ġdid u kreattiv. Dan il-ktieb huwa maħsub biex l-istudenti jkollhom l-opportunità li jikbru bħala kittieba u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-kitba permezz ta’ attivitajiet li jvarjaw minn kitba ta’ sentenzi bażiċi sa kitba ta’ paragrafi, messaġġi u inviti. L-attivitajiet kollha ta’ dan il-ktieb tfasslu biex fl-aħħar tat-tieni sena skolastika l-istudenti jkunu ħadmu u laħqu l-Qafas tal-Kitbiet mit-Tagħlim (LOF) li mistennija li jintlaħqu f’dan il-livell. F’kull unit l-istudenti se jkollhom kitbiet li jservuhom bħala mudell biex jimxu fuqu. Matul dan il-vjaġġ avventuruż tagħhom bħala kittieba se jkunu akkumpanjati minn Robin ir-Robot!
-
Malti.K 1

Malti.B 3 – Ktieb tal-istudent
0Malti.B hija sensiela ta’ kotba adatti għall-istudenti barranin li jixtiequ jitgħallmu l-lingwa Maltija. Huma mibnijin fuq is-sistema tal-Kisbiet mit-Tagħlim u jiffokaw primarjament fuq l-erba’ ħiliet: it-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. Is-sensiela hija maħsuba prinċipalment sabiex twassal lill-istudenti jikkomunikaw bil-malti fil-livell tal-bidu. Is-sensiela Malti.B hija l-għodda ideali għall-għalliema tal-Malti għaliex isservi ta’ gwida kif wieħed jilħaq il-miri tat-tagħlim tal-lingwa Maltija meta mgħallma lill-barranin. Hija wkoll utli għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jirrevedu ma’ wliedhom dak li jsir fil-klassi tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
-
Malti.B 2 – Ktieb ta’ taħriġ
0Is-sensiela Malti.B hija akkumpanjata minn kotba ta’ taħriġ li jimxu b’mod parallel mal-ktieb tal-istudent. L-għan huwa li joffri lill-għalliema u lill-istudenti materjal addizzjonali li jista’ jintuża fil-klassi jew bħala xogħol għad-dar biex jirfed dak li jkun sar fil-klassi. Dan il-ktieb ta’ taħriġ joffri għajnuna f’każ li tkun trid tfannad, tagħmel reviżjoni jew inkella għal dawk l-istudenti li jkollhom bżonn aktar xogħol x’jagħmlu għal diversi raġunijiet. Fih ukoll l-idea ta’ ripetizzjonijiet, għaliex dan huwa neċessarju meta qed ngħallmu lingwa ġdida mill-bidu. Ir-ripetizzjoni fit-taħriġ isservi ta’ tisħiħ tat-tagħlim.
-
Malti.T 1
0Dan il-ktieb huwa l-ewwel wieħed minn sensiela ta’ sitta. Huwa ktieb ta’ taħriġ grammatikali li jimxi id f’id mal-kotba tas-sensiela Malti.P. Malti.T 1 għandu jservi bħala għodda importanti u ta’ benefiċċju fit-tagħlim tal-Malti billi jipprovdi lill-istudenti li jużawh taħriġ prattiku fit-topiks grammatikali li jkunu tgħallmu. Dan il-ktieb ta’ taħriġ huwa rrikmandat għal studenti fl-ewwel sena tal-iskola primarja. L-eżerċizzji huma maħsuba biex jilħqu studenti f’livelli differenti skont il-bżonnijiet tagħhom
-
Malti.B 2 – Ktieb tal-istudent
0Malti.B hija sensiela ta’ kotba adatti għall-istudenti barranin li jixtiequ jitgħallmu l-lingwa Maltija. Huma mibnijin fuq is-sistema tal-Kisbiet mit-Tagħlim u jiffokaw primarjament fuq l-erba’ ħiliet: it-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. Is-sensiela hija maħsuba prinċipalment sabiex twassal lill-istudenti jikkomunikaw bil-malti fil-livell tal-bidu. Is-sensiela Malti.B hija l-għodda ideali għall-għalliema tal-Malti għaliex isservi ta’ gwida kif wieħed jilħaq il-miri tat-tagħlim tal-lingwa Maltija meta mgħallma lill-barranin. Hija wkoll utli għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jirrevedu ma’ wliedhom dak li jsir fil-klassi tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
-
Malti.T 2
0Dan il-ktieb huwa it-tieni wieħed minn sensiela ta’ sitta. Huwa ktieb ta’ taħriġ grammatikali li jimxi id f’id mal-kotba tas-sensiela Malti.P. Malti.T 2 għandu jservi bħala għodda importanti u ta’ benefiċċju fit-tagħlim tal-Malti billi jipprovdi lill-istudenti li jużawh taħriġ prattiku fit-topiks grammatikali li jkunu tgħallmu. Dan il-ktieb ta’ taħriġ huwa rrikmandat għal studenti fit-tieni sena tal-iskola primarja. L-eżerċizzji huma maħsuba biex jilħqu studenti f’livelli differenti skont il-bżonnijiet tagħhom