Sensiela ta’ kotba għall-Malti bħala Lingwa Barranija
-
Malti.B 3 – Ktieb tal-istudent
0Malti.B hija sensiela ta’ kotba adatti għall-istudenti barranin li jixtiequ jitgħallmu l-lingwa Maltija. Huma mibnijin fuq is-sistema tal-Kisbiet mit-Tagħlim u jiffokaw primarjament fuq l-erba’ ħiliet: it-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. Is-sensiela hija maħsuba prinċipalment sabiex twassal lill-istudenti jikkomunikaw bil-malti fil-livell tal-bidu. Is-sensiela Malti.B hija l-għodda ideali għall-għalliema tal-Malti għaliex isservi ta’ gwida kif wieħed jilħaq il-miri tat-tagħlim tal-lingwa Maltija meta mgħallma lill-barranin. Hija wkoll utli għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jirrevedu ma’ wliedhom dak li jsir fil-klassi tal-Malti bħala Lingwa Barranija.
-
Malti.B 1 – Ktieb ta’ taħriġ
0Is-sensiela Malti.B hija akkumpanjata minn kotba ta’ taħriġ li jimxu b’mod parallel mal-ktieb tal-istudent. L-għan huwa li joffri lill-għalliema u lill-istudenti materjal addizzjonali li jista’ jintuża fil-klassi jew bħala xogħol għad-dar biex jirfed dak li jkun sar fil-klassi. Dan il-ktieb ta’ taħriġ joffri għajnuna f’każ li tkun trid tfannad, tagħmel reviżjoni jew inkella għal dawk l-istudenti li jkollhom bżonn aktar xogħol x’jagħmlu għal diversi raġunijiet. Fih ukoll l-idea ta’ ripetizzjonijiet, għaliex dan huwa neċessarju meta qed ngħallmu lingwa ġdida mill-bidu. Ir-ripetizzjoni fit-taħriġ isservi ta’ tisħiħ tat-tagħlim.
-
Malti.B 1 – Ktieb tal-istudent