Din hija serje ta’ kotba mahsuba ghal studenti mill-ewwel sena sal-ahhar sen a fil-klassijiettal-Primarja. Hum a kotbalijghinu lill-istudenti jipprattikaw il-hila tal-fehim mill-qari (comprehension). ls-siltiet huma kollha kitbiet tal-awturi tal-kotba.
ll-generi ta’ kitbiet miktuba jvarjaw sabiex l-istudenti jigu esposti ghal tipi differenti ta’ qari. Dawn jinkludu poeziji, stejjer, kitbiet fattwali, intervisti u pagni minn djarji.
Minbarra l-ezerdizzji tal-fehim mill-qari, kull unit jipprovdi lit-tfal b’ezercizzji/
attivitajiet tal-grammatika, mahruga mis-silta nnifisha. Zew sezzjonijiet
interessanti f’kull unit huma· Kliem u tifsir… F’din il-parti tal-unit, l-istudenti ghandhom attivitajiet/loghob differenti biex jitghallmu kliem gdid u t-tifsir tieghu. Dawn I-attivitajiet jinkludu wkoll ezercizzji ta’ tahbil il-mohh bhal ifittxu u jimmarkaw kliem fil-kaxxa (wordsearch) u haga mohaga. Haddem mohhok! hija l-ahhar parti ta’ kull unit. Bazikament din hija parti ddedikata ghall-kitba.
Is-serje Malti.F taghti importanza kbira lill-hila tal-kitba. Huwa permezz tal-kitba li l-istudenti I-iktar li se jhaddmu u jipprattikaw il-lingwa, anke minn et~ zghira.
II-kitbiet ivarjaw minn unit ghal iehor u huma bbazati fuq il-Learning Outcomes tal-kitba.

  • Malti.F L-1 Tarġa

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju
    9.95
    Read more
  • Malti.F Is-6 Tarġa B

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Bħala Maltin għandna nkunu tassew kburin b’nies li ħallew isimhom imnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ tnejn minn dawn l-eroj Maltin – Sir Temi Zammit u Dun Mikiel Xerri. Ara xi ġralhom Bajdanija u Sbejħa, iż-żewġ nagħġiet imqarbin li ntilfu minn mal-merħla tagħhom. Imnalla kienu Rafel u Pietru li ħarġu jfittxuhom u sabuhom! U tgħid x’sar minn Kiki, il-pappagall li ntilef? Is-sirena ta’ ġol-globu li kien hemm fuq il-komodina kellmet lil Christine. X’qaltilha? X’riditha tagħmel? Għal dawk minnkom li jħobbu jaqraw dwar l-istaġuni u x-xogħolijiet, f’dan il-ktieb se ssibu kitbiet li żgur jgħoddu għalikom.

    9.95
  • Malti.F Is-6 Tarġa A

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Ara x’għamlilna l-Coronavirus! Hekk jibda dan il-ktieb li hu miżgħud b’kitbiet differenti. Se ssib żgur xi kitba jew tnejn li jolqtu l-gosti tiegħek. Kont taf li, sknot leġġenda, il-pitirross mhux minn dejjem kellu sidru aħmar? U l-karozza tal-linja, x’inhi tgħidlek illum, inti u taqra dan il-ktieb? Għalkemm tinsab magħluqa f’garaxx, xorta waħda sabet mod kif issemma’ leħenha u kif toħodna vjaġġ nostalġiku lura sal-passat. Min iħobb isir jaf iktar dwar it-tradizzjonijiet, f’dan il-ktieb għandu xalata. Se tiskopri iktar dwar ħlewwiet li jittieklu fi żmien l-Għid, kemm Malta kif ukoll f’pajjiżi barranin. Se ssir taf ukoll dwar it-tradizzjonijiet Maltin u Għawdxin marbutin mal-festi. Jekk tħobb l-avventura, aqra dwar x’għamel jum minnhom l-imqareb Fudge! Dan u iktar se ssibu inti u tqalleb il-paġni ta’ dan il-ktieb.

    9.95
  • Malti.F It-5 Tarġa B

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Is-surmast ħabbar li l-iskola se tagħlaq minħabba l-virus Covid-19. X’waħda din! Din qatt ma ġrat qabel! X’se jagħmlu Żiffa u Vera li flimkien mal-ġenituri tagħhom jgħixu ġo ventilatur fi klassi ta’skola hekk kif jisimgħu l-aħbar? U xi ġralu r-Re tal-ġungla? Min kien lest li jgħinu? Tkunu tafu iktar hekk kif tibdew tqallbu u taqraw dan il-ktieb li għandkom f’idejkom. Għal min iħobb il-kitbiet informattivi  żgur li se jieħdu gost jaqra dwar djar differenti minn madwar id-dinja, dwar l-għasfur tal-bejt u dwar l-annimali li jinsabu fil-perikluli jisiru estinti. In-nanna kellha talent – li tikteb il-poeżiji. Min jaf, forsi anke inti tiġik il-ħajra li tirrima xi strofa jew tnejn. U la qed nitkellmu dwar it-talenti , aqraw dwar  it-talenti li kellhom Anthony u Marthese.

    9.95
  • Malti.F It-5 Tarġa A

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Hekk kif tiftaħ dan il-ktieb se ssib jilqgħuk numru ta’ stejjer differenti.m Uħud minnhom se jiħduk lura fiż-żmien l-imgħoddi ġewwa l-gżejjer Maltin u Għawdxin. X’saret taf Eżmeralda dwar il-logħob tradizzjonali Malti? U Jessica, x’tgħallmet dwar it-tempji u l-katakombi li għandna madwar Malta u Għawdex? Titħajjar issir taf aktar dwar pajjiżi li jinsabu f’kontinent ieħor? Stejjer oħra żgur li se jqabbduk il-kurżità. Min jaf liema bieb kien jiftaħ il-muftieħ li kellu n-nannu ta’ Thomas! Tixtieq tkun taf x’qaltlu l-pittura msaħħra lil Adrian? Tgħid x’qalilha Ċisju, ir-Re tal-Karnival, liċ-ċkejkna Nina? Dawn l-istejjer u aktar qegħdin jistennewk tiskoprihom f’dan il-ktieb.

    9.95
  • Malti.F Ir-4 Tarġa B

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Bħala Maltin għandna nkunu tassew kburin b’nies li ħallew isimhom imnaqqax fl-istorja ta’ pajjiżna. Dan il-ktieb se jlaqqgħek ma’ tnejn minn dawn l-eroj Maltin – Sir Temi Zammit u Dun Mikiel Xerri. Ara xi ġralhom Bajdanija u Sbejħa, iż-żewġ nagħġiet imqarbin li ntilfu minn mal-merħla tagħhom. Imnalla kienu Rafel u Pietru li ħarġu jfittxuhom u sabuhom! U tgħid x’sar minn Kiki, il-pappagall li ntilef? Is-sirena ta’ ġol-globu li kien hemm fuq il-komodina kellmet lil Christine. X’qaltilha? X’riditha tagħmel? Għal dawk minnkom li jħobbu jaqraw dwar l-istaġuni u x-xogħolijiet, f’dan il-ktieb se ssibu kitbiet li żgur jgħoddu għalikom.

    9.95
  • Malti.F Ir-4 Tarġa A

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Int u tqalleb dan il-ktieb se ssib stejjer li jsaħħruk u jaffaxxinawk u oħrajn li jdaħħkuk. Oħrajn se jqabbduk il-kurżità li tibqa’ taqra biex issir taf aktar. Tgħid x’fiha l-kaxxa sigrieta ta’ Francesco? U fejn se jieġu lil Alessia l-vjaġġ bla ħsieb li kellha tagħmel? Għal min iħobb jaqra kitbiet informattivi żgur li se jieħu gost iħaffer fil-passat mal-arkeologi u jsir jaf iktar fatti u kurżitajiet dwar id-dinosawri. Dan kollu u iktar se tiskoprih waqt li tkun qed taqra u taħdem dan il-ktieb li għandek f’idejk!

    9.95
  • Malti.F It-3 Tarġa B

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    F’dan il-ktieb li għandek f’idejk faqqgħet gwerra! Xi gwerra hi? Il-gwerra bejn in-nemel l-iswed u n-nemel l-aħmar. Min minnhom se joħroġ rebbieħ? Tiftakarhom il-karettuni u l-ferroviji fit-toroq Maltin? U żgur li le! In-nannu Karmnu u Rebecca se jeħduk lura fil-passat biex issir taf dwar it-trasport f’Malta. Dan u iktar f’dan il-ktieb. Esplorah u flimkien ma’ Claudio u d-dinosawri, max-Xiħ tal-Milied u n-nani u man-nanna Marija u n-nannu Mikiel, fost oħrajn.

    9.95
  • Malti.F It-3 Tarġa A

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    F’dan il-ktieb ta’ taħriġ se ssib bosta karattri u avventuri, tagħrif u meravilji. Se tiltaqa’ ma’ Amelia u ma’ Mixa, ma’ Ġamri l-bidwi u mal-Prinċipessa Klara. Mal-ġrieden ta’ fuq il-pjaneta Ġobna ġieli ltqajt? Għadek le? Mela x’qed tistenna? Iftaħ dan il-ktieb u ibda aqrah u esplorah!

    9.95
  • Malti.F It-2 Tarġa

    Rated 0 out of 5
    0
    Siltiet ta' fehim mill-qari, eżerċizzji u attivitajiet fil-lingwa Maltija għal-Livell Primarju

    Inti taf taqrahom is-sinjali? Ngħidu aħna s-sinjali tat-traffiku? Jew inkella dawk li nsibu ġewwa xi ġnien pubbliku? Flimkien ma’ Pina, Kola u Buxu se tkun qed taqra u tifhem is-sinjali, l-avviżi u l-messaġġi fost kitbiet oħrajn. Poeżiji sbieħ li tieħu gost taqrahom u faċli biex tifhimhom. Stejjer ħelwin u oħrajn avventurużi. Dan kollu u iktar f’dan il-ktieb li għandek f’idejk!

    9.95