
Malti.M 1B
Dan il-ktieb huwa l-ewwel ktieb fis-serje Malti.M, maħsub għall-istudenti tas-seba’ sena tal-iskola medja. Kull kapitlu jlaqqa’ lill-istudenti ma’ tema u kitbiet differenti marbutin mal-kurrikulum il-ġdid. Is-sensiela Malti.M trawwem lill-istudenti b’vokabularju Malti modern b’kitbiet għal kulħadd. Il-kapitli jgħinu lill-istudenti fil-ħiliet kollha tal-lingwa u jgħinuhom biex iħaddmu l-kisbiet tas-seba’ sena. Fil-fatt, huwa maħsub biex f'kull kapitlu l-istudenti jsibu taqsima għad-diskussjonijiet, għas-smigħ, għall-qari u anke għall-kitba f’relazzjoni mat-tema tal-kapitlu. L-eżerċizzji jvarjaw, kemm dawk marbutin mas-siltiet, kif ukoll dawk li fihom l-istudenti jissaħħu fil-morfoloġija, fis-sintassi, fis-semantika, fil-punteġġjatura u anke fl-ortografija. Għall-għajnuna, l-istudenti se jsibu anke tfakkiriet ta’ noti u allura dan il-ktieb se jservi anke għas-snin ta’ wara s-seba’ s-sena.
Dimensions | 297 × 210 × 6.38 mm |
---|---|
Level | |
Published | 2023 |
Language | Maltese |
Book Author/s |