Availability: In Stock

Malta.L

Noti u taħriġ għall-analiżi tal-letteratura Maltija għas-Seba’ u t-Tmien Sena
Author/s: Raisa Abela
ISBN: 9789993259930

Malti.L huwa ktieb ta’ taħriġ addattat għall-istudenti fl-iskejjel medji, jiġifieri dawk tas-Seba’ u t-Tmien Sena. Huwa mibni fuq is-sistema tal-Kisbiet mit-Tagħlim għaliex jinħolqu spazju fejn l-istudenti jistgħu jkunu kritiċi u analitiċi f’poeżiji, siltiet letterarji u anke rumanzi li jaqraw. Dan il-ktieb jista’ jintuża kemm fl-iskejjel kif ukoll bħala mezz ta’ reviżjoni mal-ġenituri għaliex ma jorbotx lill-istudenti b’sillabu partikolari imma jħalli lok fejn wieħed jista’ jaqra dak li jixtieq hu. Fih hemm ukoll inklużi għadd ta’ eżerċizzji varji sabiex jintlaħqu abbiltajiet differenti iżda li finalment xorta waħda kulħadd jista’ jilħaq il-kisbiet mistennija. Malti.L jinkludi wkoll glossarju ta’ termini letterarji kif indikat fis-sillabu u għaldaqstant fih in-noti neċessarji marbuta mal-letteratura ta’ dawn is-snin. Naturalment huwa bażi tajba sabiex wieħed ikompli jimraħ fl-analiżi u l-kritika letterarja aktar ‘il quddiem.

11.95

Order Book Books from the same series
ISBN : 9789993259930 Pages: 88Cover Type : Soft bound
Dimensions 297 × 210 × 5.62 mm
Book Author/s

Published

2021

Illustrator

Roberta Azzopardi

Language

Maltese

Level